|
Ftit tal-jiem ilu attendejt ghall-kuncert tal-kantanta Maltija Julie Ann Zahra fit-teatru intimu tal-Kavallier ta’ San Gakbu. Stennejt kuncert tajjeb u sibt wiehed ta’ livell gholi ferm b’muzika Jazz b’elementi Funk u Blues. Flimkien ma’ Julie ha sehem ukoll il-muzicist Jimi Savage. Iz-zewg artisti ilhom jahdmu flimkien ghal dawn l-ahhar seba’ xhur. Jimi huwa aktar sinonimu ghall-muzika rock izda minn dejjem xtaq ikun parti minn progetti fejn jidhol il-Jazz u ghalhekk f’Julie sab dik l-artista li tant kien ilu jifttex. Ftit mix-xoghol li qed jahdmu flimkien daqqewh waqt dan l-ewwel kuncert taghhom f’Malta. Tul il-kuncert smajna ghadd ta’ klassici tal-muzika Jazz. Ewlenija fosthom ‘Autumn Leaves’, silta li Julie ddedikatha ‘lil xi hadd li hawn fostna llejla’. Jekk wiehed jifli sew il-lirika ta’ din il-kanzunetta jsib fiha kliem li jqanqal emozzjoni qawwija. Julie u Jimi telqu mill-verzjoni ta’ Eva Cassidy ta’ din il-kanzunetta, izda ghall-kuncert biddluha u tawha bixra aktar intima. “Kont smajt biha qabel il-kanzunetta pero` qatt ma kont tajt kazha daqsekk. Kienet persuna partikolari li gieghlitni nerga’ nismaghha u vera laqtitni. Din il-persuna attendiet il-kuncert li tajna is-Sibt.”, qaltli Julie meta, kurjuz, staqsejtha lil min iddedikat din il-kanzunetta. Zewg kanzunetti ohra partikolari li nterpretat waqt il-kuncert kienu “Star in a Cloudy Sky” u “No one in Heaven”. Iz-zewg kanzunetti huma kompozizjonijiet originali ta' Owen C, Malti li studja l-Ingilterra u li ilu jghix hemm ghal dawn l-ahhar tmien snin. Hu u Jimi hadmu fuq kif jaddattawhom ghall-kitarra wahda. Jimi ikkompona xi partijiet minn “Star in a Cloudy Sky” fuq kliem ta’ zijuha stess, Joe Julian Farrugia. Meta baghtilhom il-kliem, dawn intoghgbu u l-kanzunetta kompliet tizviluppa. Julie habbret li “l-album li se johrog, kemm f'Malta kif ukoll fl-Ingilterra, se jkun fuq stil akustiku u se jinkludi kanzunetti li ghamilna fil-kuncert ta’ Malta. Apparti hekk, il-kuncert gie irrekordjat u probabbilment nohorguh CD. Imma ghalissa m’hemmx decizjonijiet finali dwar dan.” Il-bilanc tal-hoss waqt il-kuncert kien fdat f’idejn it-tekniku Manolito Galea, li ha hsieb ukoll l-irrekordjar tal-kuncert. Minn hawn nawgura li l-organizzaturi tal-Jazz Festival ta’ Malta jikkunsidraw serjament li ghall-edizzjoni tas-sena d-diehla jistiednu lil Julie Ann Zahra flimkien ma’ Jimi Savage. Ikun ta’ unur kbir ghalina l-Maltin li nkunu xhieda ta’ avveniment iehor fejn artista Maltija qed tikseb unuri kbar ghaliha u ghal pajjizna fil-qasam tal-muzika Jazz internazzjonali. Source: Deo Grech - KULLHADD |